Passiggata f’Wied il-Għasel

Darba żorna il-wiedJien u ommi għall ftit skiet

Xtieli sbieħ hemmhekk rajt

U bebbux tiela mall-ħajt

Imxerrdin l’hawn u l’hinn

Kien hemm fjuri b’ħafna lwien

Il-kappar kien fl-aqwa tiegħu

Ħdura u ġmiel ma’ kullimkien

Ret:    Dan il-ġmiel li aħna rajna

            Kien f’wied sbejjaħ u arjus,

            Isejjħulu  Wied il-Għasel

            Li fil-Mosta huwa famuż

    Post sabieħ u naturali

            Mimli b’siġar u ġrajjiet

            Bil-kant sbejjaħ ta’ l-għasafar

            Kien hemm hena tas-smewwiet

Taraġ sibna fil-blat

U kappella antika f’għar;

Tlajna hemm fuq b’kurżita’

Biex nistgħu narawha aħjar.

Fuq tabella kien hemm

Il-ġrajjiet ta’ x’ġara kien;

Ommi u  jien ghal ftit waqafna

U għidna talba t-tnejn flimkien

Ret:    Dan il-ġmiel li aħna rajna

       Post sabieħ u naturali

Waqt li erġajna mexjin

Żewġ friefet ġew fil-viċin

Kellhom ġmiel ta’ kulur

Isfar, iswed u blu skur

Fuq il-ward dawn poġġew,

Imma hemmhekk wisq ma damux,

Ferħanin wara ftit taru

Għalkemm xtaqt li ma telqux.

Ret:    Dan il-ġmiel li aħna rajna

 Post sabieħ u naturali

Ferħanin lura bdejna

‘l-mixja tagħna lejn id-dar

xtaqna qagħdna aktar hemm

‘mma għall-ikla l-ħin kien sar.

F’dan il-wied jiena raj

Fjuri sbieħ u rdumijiet

Xtieli, blat, siġar u għasafar;

X’post ta’ hena, serħ u skiet.

Ret:    Dan il-ġmiel li aħna rajna

 Post sabieħ u naturali

TMIEM: Dik il-mawra f’Wied il-Għasel

    Biex nitgħallem hafna swiet.

 

Versi u Mużika:  Alfred Grech © March 2004

Arranġament orkestrali:  Augusto Cardinali

Tkanta:  Albertine Vella

Għanja lil Malta

Jekk aħna kburin illi aħna Maltin  
Għandna għaliex għax tassew mżejnin
 bi storja u nies kbar, arti u knejjes
 djar sbieħ, ġonna u toroq antiki u ħelwin

 Malta hija mimlija bil-festi
Għall-patruni tagħna biex nagħtuhom ġieh
 Murtali, kant, marċi u tiżjin kullimkien
  
Gost u briju u hena bis-sħiħ 

       B’qalbna nħobbuk u ngħożżuk, Malta tagħna
Għalkemm int ċkejkna bik aħna kburin
Lill-Maltin kollha nixtiequ nistiednu
 Biex id ta’ mħabba dawn joffru ‘l xulxin

Mas-sekli u s-snin ħafna kienu dawk
Li riedu  jaħkmu lill-gżejjer Maltin,
Minn gwerer u pesta sofrejna
Fejn ħafna sfaw mejta u oħrajn midrubin.  

F’idejna biss Malta issa qegħda
 U x’ġawhra ta’ gżejjer tana Alla l-ħanin
Nizirgħu żerriegħa ta’ mħabba
Ta’ aħwa li aħna Maltin u Għawdxin

Rit.  B’qalbna nħobbuk u ngħożżuk, Malta tagħna 

 Tkattarna u kbirna u mill-arti u teżori
U kitba ma bqajniex neqsin; 
‘Mma l-isbaħ teżori li għandna  
Huma ż-żgħażagħ ħabrieka w wisq maħbubin
   

U fl-aħħar ningħaqdu b’qalb waħda
U ‘l din l-Art ħanina ngħidulha flimkien
Kemm f’qalbna u kemm f’dik t’uliedna int tibqa’ 
 Ghax int warda mis-sbieħ tal-ħolqien.

Rit. B’qalbna nħobbuk u ngħożżuk, Malta tagħna,

 

 Mużika u versi:  Alfred Grech   
Arranġament orkestrali: AugustoCardinali 
 Kantant: Enzo Gusman