Poeziji Maltin - Maltese Poems

 

 

Tifħira lil Malta

 

Int sabiħa, o Malta tagħna!
Mhux għax Malti nfaħħrek jien;
issemmik id-dinja kollha,
magħruf ġmielek kullimkien.

Imgħottija bl-isbaħ sema,
l-għona dawl ix-xemx tagħtik,
ma xxawtekx, bil-ħlewwa ssaħħnek,
ġid iġġiblek u tqawwik.

Fik il-bard lil ħadd ma jikser
meta x-xemx tgħaddilek bgħid,
ma jiġix inhar tul sena
illi ma jsaħħnekx xi ftit.

U l-art tiegħek kulma tagħmel
kollu tajjeb, kollu bnin;
ġewwa bliethom il-frott tiegħek
jixtiquh wisq barranin.

Illi l-ġid bil-wisq tagħtina
qaluh fl-ibgħad żminijiet
filli tagħti, għad li żgħira,
tisboq ‘il bosta artijiet.

B’kull tifħir, o gżira mbierka,
il-għorrief semmewk, kitbuk;
għal insiġ idejn uliedek
elfejn sena ilu faħħruk.

Liema ħaġa li fik tinbet
tieba u benna ma turix?
Il-larinġa, il-frawla tiegħek
min fid-dinja ma jsemmix?

U x’ingħid mill-għasel tiegħek,
liema bniedem ma jfaħħrux?
Jekk iduru d-dinja kollha
oħla minnu ma jsibux.

Fik il-qronfla, fik il-warda,
biex tħawwilhom l-angli ġiet
imkien ġmielhom, imkien bħalhom,
fihom riħa tas-smewwiet.

Ġewwa fik, o gżira tagħna,
ħlief il-ħlewwa ma tidhirx;
u kif le, jekk ismek, ismek
ħlief il-għasel ma jfissirx?

 

­ Gan Anton Vassallo

1817 – 1868: Vassallo is one of Malta's foremost Patriot

MALTA A GEM IN THE MEDITERRANEAN 
 
You are a lovely gem..
In the Mediterranean sea.
Not because you are my country...
but your beauty, is there
for everyone to see.
 
The sun is always shining.
Winter is somewhat mild
We have no avalanghes..
nor rivers running wild
 
We have, no high peaked mountains.
Nor waterfalls and lakes.
But we have love and warmth..
and friendship for the take.
 
Although ruled by many..
You were always ready
to fight back.
Never letting anyone , abuse you
You were always there, facing attack.
 
The rugged landscape ...
and spectecular coastline.
Await to be explored
Sandy beaches , almost for anyone..
Nobody , can get bored.
 
Vast, golden beaches like Ghadira
Also known as Mellieha Bay.
Flat topped cliffs, that are so picturesque
Envelope Ghajn Tuffieha and Paradise Bay.
 
Your treasures are priceless.
And your buildings speak of history.
Flemish Tapestries and Auberges...
There is nothing that is worthless.
 
Tourists  visits you for pleasure.
Finding warm and friendly people.
Roaming about, your historical treasures
They are sure to remain feeble.
 
Seeing all tis Folk and Traditions..
At almost every turn...
You will be always remembered,
and for you everyone yearn.
 
To come and live..
in this small island...
with so much wealth
and rest to give
So long live Malta
and the Maltese...
They do it better..
No offence please.
 
©...........Jessie.......27/06/07

 

MIEGHI F’KULL HIN

Int mieghi
Bhal meta l-qamar jiddi shih
U l-istilel idawwlu wicc il-bahar.

Int mieghi
Bhal meta melodija mellisija
Tbennen il-grillu jwerzaq fija.

Int mieghi
Bhal meta r-rih jibqa’ jonfoh
Biex il-werqa ta’ qalbi ma titkaxkarx ma’ l-art.

Int mieghi
Bhal meta sbieh ix-xemx thammar is-sema
U ssahhan il-brudija fija.

Fil-boghod,
Fil-vicin
Int mieghi,
Mieghek jien.

Ghintni,habbejtni,
Ghannaqtni, farragtni
Fil-boghod
Fil-vicin
Int mieghi f’kull hin.

Natasha Turner
MIT-TIEQA MAGHLUQA
LI TATI GHAL-BAHAR


Smajt ziffa
titharrek mat-tieqa.
Ma kinitx wahedha.

Ir-raxx tal-bahar
rega deher ghatxan.
Ikessah u jrammel ried
lil dan gismi
bajdani,xieref ghajjien.


gisem li ghattejt b’kutri hoxnin
biex ma jergax jigI espost
f l-eku tal-illuzjonijiet.


Bzajt li dar-raxx
jerga jhajru
jintelaq, jixxarab
Mal-kurrenti ferventi
Mewgiet il-bahar.

Bzajt li jghoddsu mieghu
hdejn hut imgewwah,
jithawwru bih.

gismi kien waqaf ifittex
kummenti helwin;
idejn imsahhrin.

gismi kien raqad
man-nota siekta,
ta’ l-imwarbin.

zomm ‘il boghod
ja raxx
Tqanqalx ormoni  siekta.
Hallih mejjet haj
hallih fil-kwiet.

Fil pront
Smajt xi haga jteptep mal-bieb.
Rajt lil hajti ssellimli.
Ehmzitni u qaltli…
Tkompliex titlef iktar hin.

Natasha Turner
L-GHANJA TA’ L-ESTINITI

Estiniti
Jien u inti,
Fossili fil-blat,
Disinn astratt.

Estinti
Jien u inti,
Susa tat-tifkiriet,
Vakwita ta’ grajjiet.

Il-gebel tas-sejjiegh,
Bhal weraq tan-nanniegh,
Fawwar il-memorji,
Bl-arti u l-glorji.

Ma kull generazzjoni,
Tinghaqad holqa gdida,
Fil-katina taz-zmenijiet.
Imma taghna. Fejn hi taghna?
“Skuzani, ghandi hangover,
kelli hafna parties u ikliet”.

Tlifna l-identita maltija
Gharmejna hmiegna fl-art
Biex nibnu gholjiet ta skart.

Wirt l-istorja qed imut.
Postu hadu wirt il-but.

Finti
Jien u inti
Ladarba sirna
l-Ghanja tal-estinti.

Natasha Turner
IT-TRIQ TAS-SOLITUDNI

Mara madwar il-hamsin sena,
hoxna u mitluqa,
f’idejha kelb tal-but,
jipprova jfarragha.

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajjitha miktuba
f’ghajnejn imhaffrin il-gewwa
misrura fit-tifkiriet u d-dnewwa.

Mulej,
hallix li nsir biss memorja.

guvni b’wicc bajdani
donnu ghadu  hiereg
mis-sorga tal-imwarrbin.

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajtu miktuba fid-dell ta’ fatat.
Qalb li ghadha  tittama
Tirgha ma’ xi hadd.

Mulej,
Thallix li nsir miragg tal-illuzjoni.

zaghzugh jzegleg wahdu,
hwejjgu mieghu  kkaxxati,
b’kuluri li jghammxu fid-dalma tal-lejl,
ghatxan li ghad xi hadd ihares lejh

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajtu miktuba fis-sesswalita tieghu.
Spirtu li nqabad fih innifsu
meta s-socjeta m’accetatux.

Mulej,
Thallix li  nkun iddiskriminata.

Tfalja ghadejja ‘jogging’,
‘Headphones’ ma widnejha.
Ma trid tisma xejn’
U beritta li tghattielha ghajnejha
biex ma tara xejn.


Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajjiha miktuba
fi-qilla tal-kompetizzjoni.
Saret biss
Priguniera tal-vanita.

Mulej,
Thallix li nsir  riflessjoni estetika.

zewg anzjani rgiel
imgeddsin b’glekkijiet kollha kamla.
Il-pass taghhom imkaxxkar
jistenna s -sejha ahharija.

Ma fadal xejn x’tirrakonta.
Hajjithom miktuba
fil-linji tat-tikmix
u f’t-ticrita sforzata.

Mulej ,
Thallix li nsir arlogg bla hin.

Rwieh ghaddejjin,
mixjin wara xulxin
fit- triq li ma twassal qatt  imkien,
It-triq li giet imlaqqma…it-Triq  tas-Solitudni.
Hadd ma stenna ‘l hadd;
hadd mhu propjeta  ta’ hadd;
Ikoll kemm ahna misselfin
Sakemm jasal il-mument
Fejn ilkoll  jifqilna l-hin.
 
Natasha Turner
IXEGHLNI  QAMRIJA

Tbissimli
Kun ghajnejja
Ixeghli l-ispirtu
Meta qalbi tghejja.

Fl-eklissi nirgha
Il-habba tickien
Tbissimli;
Kun ghajnejja
Qabel ninsa minn jien.

Miexja f’dil-moghdija dellija
Ixeghlni Int qamrija,
Halli lir-raggi jmissuli ruhi
Tismar il-fidi
meta tixxemmex it-tama  fija.

Tbissimli
Kun ghajnejja
Halli ntieghem helu
Lil kull min hu morr lejja.

U malli ninheles min-nasba tad-dalma
Nizreg qamrija minn sbieh il-jum.
L-ispirtu mal-mohh u l-qalb jissahah
jitma lil kull min , mill-helsien  isum.

Natasha Turner
Kieku

Kieku kelli lilek
Ghadni nitbandal f’benniena tat-tajjar.

Kieku kelli lilek
ma nstmat qatt bin-nar.

Kieku kelli lilek
ma kontx naqta’ l-hurrieq.

Kieku kelli lilek
kont inhares qabel naqsam it-triq.

Kieku kelli lilek
ma kontx infaddal l-irmied.

Kieku kelli lilek
imxejt dejjem id f’id.

Kieku kelli lilek…
Ghaziz hija li qatt ma kelli!

Natasha Turner
IL-KELMA

Hadtek mieghi kullimkien
Biex tfarrag is-sieket…
U tkexkex ir-rieqed.
Imma l-linja ta-telefon baqghet okkupata
Ma ried jifhmek hadd.

Il-kelma tal-qalb,
Qarset l-imhabba.

Il-kelma tal-mohh,
Fixxklet il-hsibijiet.

Il-kelma tar-ruh,
hasdet l-ispirtu ghatxan.

Il-kelma….
Kemm emmint fik.
Illum..
Nigbor il-frak tal-fonetici mtarrxin .

Natasha Turner
SHIHA

Ghonxort l-imhabba
Qattar il-ksieh
It-tbissima tax-xemx sahnet il-qalb,
Qatra, qatra, qattar l-ugigh.
Nixef id-dmugh
Tparpar mar-rih.

Zifnet maz-ziffa,
Rewhet ir-ruh,
Mal-habel ta’ l-inxir
Din qalbi ttir
Mal-habel ta’ hajti
Shiha insir.
 
Natasha Turner
Ħdejn il-Fanal ta’ Delimara

Il-Fanal
bħall-pappagall
jaf żewġ kelmiet:
kelma bajda,
kelma ħamra
imtennija
fuq il-għolja waħdenija
minn xħin jidlam sa xħin jisbaħ,
x’waħda din, x’monotonija . . .

Il-għassiesa tal-Fanal
saru bħalu pappagall,
jafu jgħidu kelmtejn biss:
kelma bajda,
kelma ħamra,
kulma jafu iżjed minnu
hija l-ġrajja ta’ vapur
li ma rax il-kelma ddur,
baqa’ dieħel fuq il-blat,
u sar trietaq, miet kulħadd;
ġrajja mdejqa
imtennija
fuq il-għolja waħdenija,
x’waħda din x’monotonija!

Anton Buttiġeġ

Missieri bħala Ħabib

Għażiż papaċ tiegħi,
Inħobbok fuq kulħadd
Għax f’daqsek f’din id-dinja
Zgur li ma jħobbni ħadd.

Kultant inkun imqarba
u dlonk jien ninkwetak.
Nitliflek il-paċenzja
U anke nirrabjak!!!!

Barra li int missieri,
Inti l-aqwa ħabib
Paċenzja dejjem tieħu
Bija għandek salib!

X’ħin fl-għaxijiet fis-sodda
Nidħol sabiex norqod u nistrieħ
Taqrali dlonk it-talba
Lil Alla ħajr nagħtih.

Qatt ma nixtieq tħallini,
U waħdi nibqa’ jien,
Nitlob lill-Ħallieq tiegħi
Iħarsek tul iż-żmien.

Crista Armeni

Ground Zero

 

Upon the breeze of a life promising day,
While smiles were greeting close bosom friends,
A spirit of darkest evil was creeping through,
On Trojan horses harbouring innocent lives,
To hit and crumble a nation's towering might.

High above twin towers spectacular crystal realm,
A mantle shrouded skeleton specter appeared,
Swinging viciously his deadly merciless scythe,
Harvesting hundreds of love brimming lives,
Loving offsprings of nations, shaken and stunned.

And midst a chorus of beings professing their love,
Unconsciously and lovingly bidding their last goodbys,
A deafening explosion of concrete debris and dust,
Consumed forever the breath of so many dear lives,
An inconsolable humanity weeping its tragic plight.

As dust was settling down revealing terror's act of hate,
Those sacrificed bodies smoldering in the heat of rage,
Transforming Ground Zero an altar of redeeming love,
Casting anew a nation's will into an unwavering resolve,
To tower sky high over the ashes of an enemy destroyed.

 

Nicholas G. Schembri, Malta

LIL ĠANNINA PISANI

 

Hemm issa qiegħda taħt it-trab sewdieni
ta’ qabar kiesaħ u mudlam; mitfija
ħarstek is-sbejħa, xhieda ferreħija
ta’ qalb nadifa ġewwa sider hieni.

Għalxejn fuq rasek minn filgħodu kmieni
tgħanni l-bufula ġoċ-ċipress moħbija,
għalxejn ir-rużinjol b’nota mbikkija
jikser is-skiet tal-lejl għannej waħdieni.

Xejn iżjed ma jifdik min-nagħsa tqila,
la xemx, la siġar, la għanjiet ta’ ħlewwa,
anqas niket u dmugħ fis-sahra twila;

iżda fuq qabrek tiddi tama sbejħa;
int emmint u ħabbejt fil-ħaqq u s-sewwa
u għad ta’ Min ħabbejt tqajmek is-sejħa.

 

Ġannina, l-qabar mhux għal dejjem: sħiħa
qiegħda ġo sidri din it-tama kbira;
għad terġa’ tixgħel ħarstek is-sabiħa,
tarġa’ tal-hena tħeġ’ġek it-tferfira.

Il-ġebla li tgħattik għalxejn tkun xħiħa,
għax il-wegħda ta’ Kristu m’hix qasira:
“Jekk miegħi tħaddan is-salib, ħafifa
tkunlek il-qawma u ruħek ma tkunx fqira.”

Għad nerġgħu bħal ma konna ġewwa darna,
henjin f’Dar il-Missier li jħobb ’l uliedu,
mal-Ħbieb li fit-tiġrib kienu madwarna ;

u qatt iżjed ma tgħib tal-ħajja d-dija
fejn ġid u ferħ la jonqsu u la jiżdiedu,
Ħajja bħal baħar kbir dejjem mimlija.

Dun Karm

LILL-MADONNA TAL-KARMNU

F’egħluq il-mitt sena
li ilek fi ħdanna,
fil-fidi twettaqna,
fil-hemm tieqaf magħna,

Madonna tal-Karmnu,
għajn safja ta’ mħabba,
li dejjem ma’ dwarek
il-ġilju jitrabba,

Nixtiequ minn qalbna,
li tibqa’ thennina;
li Inti għal dejjem
tkun tagħna ir-reġina

 

Dun Karm

Nhar l-Għoti tal-Kostituzzjoni
1921 – LIL ĦUTI MALTIN

Qum mill-ħedla li ’l qalbek mewtitlek,
Ġens ta’ ħila, ta’ għaqal, ta’ ġieħ;
Poplu Malti, ix-xemx telgħet, sejħitlek;
Aqbad triqtek lejn xefaq sabiħ.

Ma tħosshiex ġewwa sidrek il-mewġa
Ta’ demm ġdid li f’saħħitha ssaffik?
Ma tħosshiex tilgħab f’wiċċek il-fewġa
Tal-ħelsien li ħajja oħra tagħtik?

Dan hu l-jum u din is-siegħa;
Issir l-għaqda, isir il-patt;
’Kk ma taqbdux fil-ħarba tiegħu,
Dan iż-żmien ma jerġa’ qatt.

Kisser l-għodda ta’ l-għira ġellieda,
Iftaħ qalbek għall-kelma tas-sliem;
Għalenija, m’hemmx ifrem mir-rieda,
Iżda mqassma, tintilef fil-kliem.

Għandek mera fil-ljuni qalbiena
Illi tqabdu mal-Mislem magħdub;
Kienu ftit, u kien għadu bla ħniena,
Iżda rebħu bil-għaqda tal-qlub.

Dan hu l-jum u din is-siegħa...

Dun Karm

IL-VJATKU (1915)

 

Kollox dlam ċappa, żiffa kiesħa tvenven
Ġox-xquq tat-twieqi u fuq il-ħġieġ imsakkar,
Ix-xita rqiqa, bla ma tehda, ittektek,

U mill-imwieżeb
L-ilma jċarċar fit-toroq. Fuq iż-żlieġa
Ta’ l-art imxarrba ’l hawn u ’l hinn tinkiser
Id-dija ħamra tal-fanali, u donnha

Għar-rqad tistiednek.
Kemm tmedd il-ħarsa ħadd ma jidher barra;

Xi waqt jinstama’ mixi mgħaġġel; tgħaddi
Xbiha sewda fit-triq u tgħib; xi roti

Fil-bogħod igergru.
Fil-ħin nisma’ kemm kemm leħen qanpiena;
― Drajtu biżżejjed dak il-leħen ― jersaq
U kulma jmur jitqawwa. F’daqqa waħda

Nilmaħ jitħarrku
Xi dwal, tnejn tnejn … Resqin … man-naħa l-waħda
U ma’ l-oħra tat-triq jitqassmu; iħeffu,
Quddiem, it-tfal fin-nofs tmewweġ tħammar

Bandiera ċkejkna.
Qegħdin joqorbu sew … beda jinstama’
Il-leħen tal-qassis u tan-nies l-oħra; jidhru
Id-dawl fit-twieqi, wara l-ħġieġ, u f’nofshom

Nies għarkobbtejhom.
Għaddej Ġesù … bil-lejl, fir-riħ, fix-xita!
Kollu ħniena u mogħdrija, kollu mħabba,
Sejjer iqawwi l-qalb u r-ruħ ta’ msejken

Fl-aħħar taqbida.
Nistħajjel miegħu għaddejjin, moħbija
Għall-għajnejn tal-bnedmin, anġli bil-qtajja’
U Lilu jfaħħru li f’daqsxejn ħobż abjad

Il-kobor tiegħu
Għalaq u ħeba, u b’għira mqaddsa jżiġġu
Għall-hena ta’ min bih jixba’ u jitwettaq.
Għadda Ġesù … warajh baqgħet bħal fwieħa

Ħelwa tal-ġenna.
Oh tagħlim il-Feddej! Oh Emmna mqaddsa!
Kemm intom sbieħ! Kemm fikom għerf tas-sema!
Oh Tjieba ta’ bla tarf, int biss stajt tagħmel

Dal-ġenn ta’ mħabba!
Deh, meta l-jiem ta’ din il-ħajja għalija
Ikunu waslu biex jintemmu, u mdejjaq
Taħt il-ħakma tal-mewt, kollu nistħajlu

Ħolma l-imgħoddi,
Ikun bil-lejl, ikun bin-nhar, fix-xitwa
Jew fil-qilla tas-sajf, hekk, ja Mulejja,
Ejja żurni, bit-tfal tnejn tnejn, bil-leħen

Li jitlob ħniena.

L-aħħar Ħabib, ejja ġo sidri, u qiegħed
Qalbek fuq qalbi u minn kull dnub saffiha.
Miegħek mgħannaq, Ġesù, naqbad bla nibża’

It-triq ta’ dejjem.

Dun Karm

QUDDIEM XBIHA TAL-MADONNA (1912)

Hekk kont sabiħa meta rajtek darba
F’ħolma, fil-hena taż-żgħurija tiegħi;
Kont rieqed waħdi f’sodda ċkejkna, mwarrba,
U Int mis-sema nżilt u qgħadt ftti miegħi.

Sbiħ il-jum, għejb ix-xemx, flimkien imxierka,
M’għandhomx lewn ħelu bħal wardiet ħaddejk;
Tisboq kull dija tas-smewwiet, o Mbierka,
Il-leħħa rżina minn ta’ ħbub għajnejk.

Warda li tbexxaq fiż-żernieq ta’ Mejju
Tixbaħ id-daħka ta’ xofftejk, ħanina,
Fil-ħin li miegħek tħaddan, tfajjel ħlejju,
Il-kbir Feddej, li bata u miet għalina.

Għajnejh miksura f’nagħsa ħiemda, iserraħ
Ġ
esù fuq sidrek ir-ras tiegħu żgħira,
Minn qalbu għal qalbek ġid is-sema jferraħ...
Ma’ dwarek l-anġli b’qima jħarsu b’għira.

Imbierka l-id illi pinġietek! Dija
Serqet lill-kwiekeb, ġmiel lill-ward tal-ġonna,
U bih libbsitek, o b’kull ħajr mimlija,
Sultana tas-smewwiet, ħelwa Madonna.

Hekk kont sabiħa, jien niftakar sewwa,
Meta fil-ħolma ta’ żgħuriti lmaħtek;
T’għajnejk, ta’ fommok kienet din il-ħlewwa;
U jien fi mħabbti bl-isem t’omm sejjaħtlek.

Dun Karm

INNU EWKARISTIKU
(NADURAWK, JA ĦOBŻ TAS-SEMA)
 (1913)

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabb
a l-iżjed bnin;
Għalik l-anġli dlonk titniehed,
Inti l-hena tal-bnedmin. 

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin. 

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin;
Inti l-ħlewwa tal-qawwija,
Inti s-saħħa tal-fqajrin. 

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin;

Inti l-qawma ta’ min raqad,
Inti l-għaxqa tal-ħajjin. 

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin;

Jalla d-dinja tagħraf tħobbok,
Fik il-qlub huma henjin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin. 

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin,

Insellmulek, Alla moħbi,
Inti biss taħkem is-snin.

Nadurawk, ja Ħobż tas-sema,
Frott l-imħabba l-iżjed bnin.

Dun Karm

Ġebla Maltija

 

Narak kullimkien, kull ħajt ta' l-ibliet,
   sisien tal-kampanja, kampnari tal-knejjes.
Il-fortizzi għall-Kavallieri qabel għamilt,
   bħad-djar li tagħmel illum għall-għarajjes.

Fejn il-barrieri sabuk, twelidt taħt l-art,
   fis-sodda tiegħek, tkun imqatta' u mifruda.
Ukoll narak, miksura, fuq trakk, miskina!
   Meta tmur għall-Magħtab, tindifen mill-ġdid.

Imma nafha r-riħa tad-demm ta' ġebla jiena,
   minkejja l-Maltin ma jxommuhiex.
Madwar il-gżejjer, l-istorja miktuba,
   fuq il-ħitan u l-istatwi, biex il-poplu jiftakar.

F'mużew żgħir qiegħda, fl-Istati Uniti,
   l-ewwel biċċa tiegħek li sraqt.
Jew nieħu kantun fil-bagalja tiegħi,
   jew nibbukjalek biljett tal-ajru -- nista'?

 

Steven R. Loomis

LILL-KANARIN TIEGĦI (1915)

X’kien li laqqgħana f’din id-dar hekk ħiemda
Inti forsi ma tafx, għasfur lelluxi;
U anqa taf il-għaliex, meta jien noħroġ
Għax-xogħ’l fil-għodu, il-bieb niġbed warajja
U bil-moftieħ insakkru, u l-beda mixi
U l-ebda nifs ma tisma’, qabel narġa’
Indawwar il-moftieħ u nidħol jiena.
Aħjar għalik ma tafx; hekk ebda sehem
F’għommti ma tieħu, u bejn il-jiem u l-iljieli
Tgħaddi bla niket xejn il-ħajja tiegħek.

Kif jibda jroxx id-dawl narak tistenbaħ,
Għasfur lewn il-lellux, u ċ-ċkejkna rasek
Toħroġ minn taħt il-ġwienaħ fejn tkebbibha
Awl il-lejl, meta x-xemx tinżel u int tiskot
U titħejja biex torqod; dlonk tmedd riġlek
Fuq il-qasba ħdejn l-ieħor u titfarfar,
Tinżel tnaqqar xi qanba u fis il-ħlewwa
Ta’ leħnek tibda ddoqq ġewwa widnejja
Li kulma tmur titqawwa. Iżżiġġ u taqbeż
Bejn għanja u oħra u mal-ħadid li jagħalqek
Taqbad bir-rqaq difrejk, u terħi u tarġa’
Għal fuq qasba bla ma tehda ; u l-ħeffa
Ta’ riġlejk u ġwenħajk, il-ħarsa, il-għanja
Juru li kulma fik hu hena u saħħa.
Bi ħlewwa li ma bħalha tħares lejja
Meta nersaq niex nagħalfek. Int tagħrafni,
Nifhmu wisq tajjeb; u għalhekk taħmilni,
Bla ma titnaffar xejn, niftaħ il-bieba
Tal-qafas tiegħek u l-kejliet inneħħi
Ta’ l-ikel u tax-xorb biex nimlihomlok ;
U b’għajta sħiħa, donnok trid tiżżini
Xi ħajr talli ħsibt fik, tarġa’ tilqagħni
Meta nagħlaq il-bieba u nerġa’ ndendlek
F’dik in-naħa tad-dar fejn bard ma jaħqrek
U ftit tax-xemx iżżurek. Għalxejn nersaq
Xi drabi ħiemed fuq subgħajn riġlejja
Biex naqbdek rieqed jew għażżien ; minn tlugħek,
Ja xemx, sa nżulek, l-ebda serħ u l-ebda
Għeja ma tagħmel bik.
Xi ġmiel ta’ ħajja,
Tgħix bla ma taħseb x’ikun għada u liema
Għilt u ġlied qed isir barra minn darek!

Iżda ma ngħirx għalik, għasfur lelluxi,
Għalkemm ħajtek togħġobni. Iżjed fil-għoli
Mill-ħajja ta’ din l-art it-tama tiegħi.
Naf illi bosta drabi l-ħobż li niekol
Huwa mxarrab bid-dmugħ, u flok il-kelma,
Xi darba bla ma rrid, toħroġ tnehida,
Għaliex fejn żrajt il-ward kiber bil-kotra
Xewk u għolliq, u min bi mħabbtu safja
Sata’ jsabbarni, intemm qabli ġo qabar;
Imma naf illi d-dmugħ miżrugħ fid-dinja
Irodd ferħ fis-smewwiet, u wara dina
Il-ħolma li ngħidulha ħajja, tiġi
Il-qawma mill-imwiet fid-dawl ta’ dejjem.

Hekk ngħixu mela t-tnejn, għasfur lelluxi :
Int hieni bik innifsek u bi mħabbti;
Jien bit-tama li f’qalbi Alla nissilli.

Dun Karm

Lil Mikiel Anton Vassalli

Vassalli, meta ngħarrex ġewwa ħsiebek,
il-ħsieb li kiber ma’ żgħużitek f’Ruma,
u kif fissirtu fit-taħdit ma’ ħbiebek,
meta lil artek rajt bil-ħan maħkuma;

u n-nafra tas-sultan li xejn ma ġiebek
wara t-twissija b’għaqal kbir maħkuma,
u l-għawġ u l-għar li nġabar wara biebek
u l-ħabs u l-ħarba f’nofs ta’ lejl mitmuma,

‘Malti safi tassew!’ joħroġ minn fommi;
mhux għax għallimtna l-ġmiel, is-saħħa, il-għana
tal-lsien tk tkellmu bih ommok u ommi,

iżd’ għax ħabbejta lil din l-art ħanina,
u kont ewlieni fost in-nisel tagħna
li ħsibt il-jedd li nkunu ġens għalina.

 

 Dun Karm Psaila

 

San Martin

Jekk dak in-nhar titħajjar tiġi s’għandi,
ġib San Martin fil-borża ta’ tfulitna;
irrid ninfatam minn daż-żmien ta’ issa.

U nilgħab ċiknatur bil-ġellewż mimli,
naqsam il-ġellewż imkennen f’qoxra rqiqa,
u nsoff il-benna tar-rummiena ħamra.

Il-ħobża żgħira b’kisja ġelu abjad,
il-qastan b’riħa taqsam tal-furnata,
jintrassu mal-larinġa b’werqa wieqfa…

Jekk dak in-nhar titħajjar tiġi s’għandi,
tinsiex lil San Martin;
qastan u lewż, rummiena u larinġa,
ċappa marsusa tin…


 Patri Marjanu Vella, OFM.

Tifħira lil Malta

Int sabiħa, o Malta tagħna!
Mhux għax Malti nfaħħrek jien;
issemmik id-dinja kollha,
magħruf ġmielek kullimkien.

Imgħottija bl-isbaħ sema,
l-għona dawl ix-xemx tagħtik,
ma xxawtekx, bil-ħlewwa ssaħħnek,
ġid iġġiblek u tqawwik.

Fik il-bard lil ħadd ma jikser
meta x-xemx tgħaddilek bgħid,
ma jiġix inhar tul sena
illi ma jsaħħnekx xi ftit.

U l-art tiegħek kulma tagħmel
kollu tajjeb, kollu bnin;
ġewwa bliethom il-frott tiegħek
jixtiquh wisq barranin.

Illi l-ġid bil-wisq tagħtina
qaluh fl-ibgħad żminijiet
filli tagħti, għad li żgħira,
tisboq ‘il bosta artijiet.

B’kull tifħir, o gżira mbierka,
il-għorrief semmewk, kitbuk;
għal insiġ idejn uliedek
elfejn sena ilu faħħruk.

Liema ħaġa li fik tinbet
tieba u benna ma turix?
Il-larinġa, il-frawla tiegħek
min fid-dinja ma jsemmix?

U x’ingħid mill-għasel tiegħek,
liema bniedem ma jfaħħrux?
Jekk iduru d-dinja kollha
oħla minnu ma jsibux.

Fik il-qronfla, fik il-warda,
biex tħawwilhom l-angli ġiet
imkien ġmielhom, imkien bħalhom,
fihom riħa tas-smewwiet.

Ġewwa fik, o gżira tagħna,
ħlief il-ħlewwa ma tidhirx;
u kif le, jekk ismek, ismek
ħlief il-għasel ma jfissirx?

 

­Gan Anton Vassallo

1817 – 1868: Vassallo is one of Malta's foremost Patriotic poets. He was a lawyer and a University professor (lecturing in Italian Literature).

The poet in this poem discribes the beauty about the Malta

  
Hsibijieti

   Hsibijieti  
   jitwieldu fil-hemda niedja:
   hoss il-kwiet li jtarraxxli widnejja.

   Hsibijieti
   jitnisslu f'dehxa kiesha,
   f'demgha ggelben ma' haddejja.

   Hsibijieti
   jitkattru f'rifless il-bahar
   ikhal kalm, meta thares f'ghajnejja


Karl Alan Fenech 
Is-Saghtar Miet

   U s-saghtar miet,
   hekk xtaq,
   hekk ried.

   Ma riedx li jghix go gnien.

   Ix-xaghri ried,
   il-ftuh...
   ...ma riedx ilqugh.

   Qatt ma kidduh:
   ir-rih, ir-raxx tal-bahar,
   ix-xita u r-raghad,
   ghax kien imqabbad sew,
   bl-gheruq fil-blat.

   Ikiddu biss l-gheluq.
   Ma riedx...
   ...ma riedx li jghix go gnien.

   U s-saghtar miet,
   hekk ried
.

Stephen Gatt
Jiena Kaxxa Sulfarini

   Jiena kaxxa sulfarini
   fi swaba' sofor
   imbaghbsa ghal ftit sekondi
   ghal sodisfazzjon
   li mhux reciprokat
   f'waqtiet imwarrba bl-herra
   f'waqtiet immellsa bil-hniena  
   f'waqtiet b'tferfir, b'taqtigh
   nistenna l-gamra taqa'
   biex bl-istess salvagizmu erotiku
   nerga' nigi mmellsa
   minnu
   jew iehor bhalu


Clare Azzopardi
Il-lejla ghad dawl tal-qamar

   Illejla ghad-dawl tal-qamar
   qattaghha l-poezija,
   jekk trid li tinsa kollox
   kemm tidhol gewwa fija.

   u aqra l-Poezija,
   hassejtha ghalik biss,
   'mma jekk iddejqek ghidli
   ha nitla' nkiss inkiss

   sellum li hdimt apposta
   li jtaqqab l-univers,
   u jien nitilghu kollu

   vers, vers.

   Illejla hollu xaghrek
   ha jmewweg fuq spallejk
   u l-qamar ghidlu jitfi,
   hawn jien nixghel f'ghajnejk.



David Agius Muscat

Il-Kebbies tal-Fanali

Kull filgħaxija,
kif ma’ l-għabex
tnin u tmut saħħet il-jum,
jiġi Majsi bis-sellum,
u jixgħelli taħt it-tieqa
fanal ċkejken,
li tal-lejl itaffi d-diqa.

Saħħti wkoll
qed inħossa tmut kuljum,
iżda msejkna l-Pœżija,
kull flgħaxija,
dlonk tixxabbat mas-sellum,
u ġo qalbi
tixgħel naqra ta’ fanal
illi jtaffi ftit id-diqa sa ma jmut ta’ ħajti l-fdal.

Alla ħares ma kienx Majsi
illi jagħmel ftit tad-dija;
u ma’ Majsi – Alla ħares – ma kenitx
il-Pœżija!

 

Anton Buttiġieġ

1912 – 1983: Lawyer, politician and eventually President of Malta.
Anton Buttigieg may be considered a Poet of nature and tradition.

A poem about a man called Majsi whom every evening lights the street lamps,as in the olden days there was no electricity,the poet also makes a comperison,  the light of the lamp to his health.